Wednesday, July 1, 2026

Żewġt irġiel arrestati b’rabta ma’ importazzjoni, traffikar u pussess ta’ droga

Aqra wkoll

Investigazzjoni li kienet wasslet sabiex aktar kmieni din is-sena tressqet il-Qorti persuna akkużata b’importazzjoni u traffikar tad-droga, issoktat investigazzjoni matul l-aħħar ġimgħat fir-rigward ta’ żewġt irġiel Olandiżi marbuta mal-istess ċirku ta’ kriminalità.

Wara aktar investigazzjonijiet intensivi, iż-żewġ persuni, wieħed ta’ 34 sena u l-ieħor ta’ 38 sena, ġew arrestati nhar it-Tnejn waranofsinhar fis-Swieqi.

Tfittxija li saret fir-residenza ta’ wieħed minnhom fl-istess lokalità, il-Pulizija elevat diversi affarijiet relatati mal-użu tad-droga, kif ukoll madwar 890g sustanza suspettata Amfetamina u 550g sustanza suspettata Ketamina.

Saret ukoll tfittxija fir-residenza tal-persuna l-oħra f’Ħal Kirkop, fejn il-pulizija sabet aktar affarijiet relatati mal-użu tad-droga, pilloli roża, pakkett b’sustanza allegatament kokaina u numru ta’ dokumenti foloz.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat Dr Philip Galea Farrugia LL.D li ħatar inkjesta filwaqt li ż-żewġt irġiel qed jinżammu arrestati fil-lock-up tal-Pulizija u mistennija jitressqu l-Qorti llum, għall-ħabta tal-10:30 a.m., , quddiem il-Maġistrat Dr Donatella Frendo Dimech LL.D.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport