F’aħbar li nxterdet ftit jiem ilu ngħad li Isqof ġie akkużat b’żewġ akkużi ta’ stupru fuq tfajla taħt is-16-il sena. Il-Pulizija ta’ Staffordshire qalt li l-akkużi kontra David James Oakley, l-Isqof ta’ Northampton, isegwu l-arrest tiegħu f’Settembru tas-sena l-oħra. Ir-reati allegatament seħħew fi Staffordshire bejn Frar 2000 u Frar 2001.
L-Isqof Oakley, li llum għandu 70 sena, mistenni jidher fil-Qorti tal-Maġistrati ta’ Cannock fl-14 ta’ Awwissu.
Fi stqarrija, id-Djoċesi Kattolika ta’ Northampton, li tkopri Northamptonshire, Bedfordshire u Buckinghamshire, ikkonfermat l-akkużi kontra Oakley wara investigazzjoni dwar allegazzjonijiet li jmorru lura fiż-żmien.
Id-Djoċesi rrikonoxxiet li l-każ kien “ta’ niket kbir għal dawk kollha kkonċernati”, iżda ma setgħetx tikkummenta aktar minħabba proċedimenti legali attivi.
Skont id-djoċesi, Oakley twieled fi Stourbridge fil-West Midlands u ġie ordnat fl-1980. Huwa serva f’diversi parroċċi fl-Arċidjoċesi ta’ Birmingham qabel ma sar Isqof ta’ Northampton fl-2020.
Għal xi żmien l-Isqof Oakley kien ukoll wieħed mill-favoriti biex isir il-mexxej tal-knisja Kattolika fl-Ingilterra u Wales.


