Thursday, April 18, 2024

Atletico Madrid se jiġu mmultati minħabba kant razzist

Aqra wkoll

Il-club ta’ Atletico Madrid jista’ jiġi mmultat wara li l-partitarji kienu nvoluti f’kant razzist lejn il-player ta’ Real Madrid, Vinicius Junior waqt id-derby tal-belt kapitali.

Huma kantaw “Vinicius int xadina” u “Vinicius irid imut”.

Il-kumitat tad-dixxiplina tal-FA Cup immexxi minn Javier Tebas, bagħat ittra lill-Kummissjoni kontra l-vjolenza dwar l-insulti razzisti lejn il-player Brażiljan.

Jidher li l-club se jingħata multa kbira aktar milli l-istadium tagħhom ikun sospiż. Dan minħabba li ħafna mill-kant sar barra l-istadium qabel il-logħba.

Ekonomija

Sport