Saturday, May 4, 2024

Atletika: Il-Ġermanja tispiċċa fil-quċċata tal-klassifika tal-midalji

Aqra wkoll

Il-Ġermanja spiċċat fil-quċċata tal-klassifika tal-midalji fil-Kampjonati Ewropej tal-Atletika ta’ Munich 2022, hekk kif it-team tan-nisa tal-4x100m rebaħ l-aħħar avveniment, u tella’ it-total tal-midalji tad-deheb għal sebgħa – waħda iktar mill- Britannja, li naqsu milli jmex­xu l-baton f’dik li effettivament kienet sprint shoot-out wara li Julian Weber kien għadu kif rebaħ it-titlu tal- javelin.

L-atleta fit-tielet lap, Gina Luckenkemper, rebbieħa tat- titlu individwali b’5000 ta’ sekonda, nhar it-Tlieta reġgħet kienet l-idolu hekk kif żiedet l-isforz Ġermaniż qabel ma għaddiet il-vantaġġ li Rebekka Haase li żammet soda minkejja pressjoni qawwija mill-Pollakka, Ewa Swoboda, biex kisbu r-rebħa fi 42.34 sekondi. Il-Polonja spiċċaw it-tieni fi 42.61 u l-Italja t-tielet fi 42.84 b’differenza ta’ 6000 ta’ sekonda fuq l-Olanda.

Il-Britannja kienet ġiet indaqs mal-Ġermanja b’sitta deheb fit-tellieqa tar-relay tal-irġiel 4x100m. Il-favoriti laħqu l-potenzjal tagħhom hekk kif kisbu d-deheb f’rekord tal-kampjonat ta’ 37.67 sekondi quddiem Franza, li ħadu l-fidda f’37.94 u l-Polonja, il-bronż fi 38.15.

L-Ispanjol Mariano Garcia żied id-deheb Ewropew tat-800m mat-titlu mondjali ta’ ġewwa hekk kif żamm sfida intensa fid-dritta finali miċ- champion tad-dinja tal-1500m, il-Britanniku Jake Wightman, biex rebaħ fl-aħjar ħin personali ta’ 1:44.85 minuta.

Wightman ħa l-fidda f’1:44.91 meta qed ikollu l-aqwa staġun waqt li l-Irlandiż, Mark English, rebaħ il-bronż f’1:45.19

F’lejla meta Yaroslava Machuchikh iddikjarat id-deheb ta’ ispirazzjoni tal-high jump għall-pajjiż milqut tagħha – bħala high jumper Ukrena li ilha titħarreġ f’kenn temporanju fil-Bavarja – Julian Weber tfaċċa bis-saħħa biex rebaħ il-javelin u għen lill- pajjiż ospitu lejn il-quċċata tat-tabella tal-midalji.

Machuchikh rebħet b’qabża ta’ 1.96m bil-fidda tmur għand Marija Vukovic ta’ Montenegro bl-istess qabża ta’ 1.95m waqt li l-bronż reb­ħitha Angelina Topic tas-Serbja b’1.93.

Inqas minn 40 minuta wara li llidjat lit-team tal-Polonja li rebaħ midalja tal- fidda fl-4x100m, Pia Skrzy­zowska għamlet 12.53 sekondi veloċi biex rebħet il-100m hurdles.

Il-fidda marret għand Luka Kozak tal-Ungerija fi 12.69 u l-bronż għand Ditaji Kambundji tal-Isvizzera fi 12.74, li oħtha ikbar minnha, Mujinga, rebħet fidda fil-100m u  deheb fil-200m.

Fl-10,000 metru tal-irġiel, kien hemm it-tielet rebħa għall-Italja li fiha l-atleti laħqu l-punt tan-nofs fi 13:54.20 minuti u spiċċat b’ġiri drammatiku madwar l- aħħar liwja hekk kif Yemaneberhan Crippa laħaq lil dak ta’ qablu li kien stabbilixxa vantaġġ ta’ 15-il metru meta kien fadal żewġ dawriet – in-Norveġja Zerei Kbrom – u estendieh għal 15-il metru mal-qanpiena.

Crippa, li rebaħ il-bronż f’dan l-avveniment erba’ snin ilu u spiċċa t-tielet fil-5000m aktar kmieni fil-ġimgħa, rebaħ f’27.46.13, waqt li Kbrom ħa l-fidda f’27:46.94 bil-Franċiż Yann Schrub, jikseb il-bronż f’27:47.13.

Fil-javelin tal-irġiel kien Julian Weber li kiseb rebħa importanti ħafna għall-Ġermanja bl-aqwa tefa’ tiegħu ta’ 87.66m tkun biżżejjed biex jieħu d-deheb bil-fidda jirbaħha Jakub Vadlejch tar-Repubblika Ċeka, b’tefa’ ta’ 87.28m għall-pjaċir tal-coach tiegħu fl-istands, id-detentur tar-rekords dinjin, Jan Ze­lezny, champion Olimpiku tliet darbiet iżda qatt rebbieħ ta’ dan it-titlu. Il-bronż ħadha Lassi Etelatalo ta’ Franza b’86.44m

Sport