Saturday, April 27, 2024

AĠĠORNATA: Jittella’ bil-ħelikopter wara li waqa’ sitt sulari f’Għajn Tuffieħa

Aqra wkoll

Talk.mt jinsab infurmat li b’kollaborazzjoni sħiħa bejn diversi uffiċjali ż-żagħżugħ ttella’ mill-irdum wara li ngħata assistenza medika fil-post.

Huwa tttieħed fil-bażi tal-AFM fejn sab tistennih ambulanza biex tieħdu lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.

9:00 p.m: operazzjoni delikata f’Għajn Tuffieħa

Tim mediku, membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni ċivili flimkien ma’ uffiċjali tal-AFM jinsabu involuti f’ħidma biex isalvaw persuna li għall-ħabta tat-8.30 p.m waqgħet madwar sitt sulari fl-irdum tar-Riviera f’Għajn Tuffieħa.

Talk.mt jinsab infurmat li żagħżugħ ta’ 17-il sena ġie interċettat mill-ufficjali involuti u għaddejja operazzjoni ta’ salvataġġ li qiegħda titqies bħala waħda pjuttost delikata.

Skont l-ewwel indikazzjonijiet jidher li ż-żagħżugħ jinsab f’qagħda kritika u tim mediku jinsab preparat bi provvista ta’ demm biex jagħtu l-ewwel għajnuna minnfih.

Aktar informazzjoni kif taslilna…

Sport