Friday, May 10, 2024

Sirens champions tal-waterpolo tan-nisa

Aqra wkoll

Sirens ikkonfermaw l-istatus tagħhom bħala l-aqwa team tal-waterpolo tan-nisa billi rebħu l-Kampjonat BOV għat-tieni sena konsekuttiva.

Sirens għelbu lil San Ġiljan 9-8 fil-finali f’partita missielta li rat lil San Ġiljan fuq quddiem 5-4 f’nofs il-partita. Sirens skorjaw erba’ gowls mingħajr risposta fit-tielet sessjoni biex ħadu l-vantaġġ għal 8-5. Madankollu fl-aħħar sessjoni, goal ta’ Michela Zammit u żewġ gowls ta’ Elena Borg ġabu lit-timijiet indaqs erba’ minuti mit-tmiem. Sirens reġgħu marru fil-vantaġġ b’goal ta’ Denise Micallef u rnexxielhom jikkontrollaw il-vantaġġ tagħhom sas-suffara finali.

Joe Agius, Chief Technology Officer fi ħdan il-Bank of Valletta, akkumpanjat minn Joe Caruana Curran, President tal-Aquatic Sports Association ta’ Malta ppreżenta l-midalji u t-trofew lill-players ta’ Sirens.

L-appoġġ tal-Bank of Valletta lejn il-kompetizzjonijiet tal-waterpolo tan-Nisa jifforma parti mill-impenn tiegħu lejn l-ugwaljanza bejn is-sessi, li mhuwiex biss dritt fundamentali tal-bniedem, u jifforma parti mis-sisien meħtieġa għal dinja paċifika, prospera u sostenibbli.

Sport