Għal darba oħra l-parata tal-Milied fil-gżira Għawdxija kienet parti mill-programm ta’ avvenimenti organizzati mil-Ministeru għal Għawdex.

Parata ssir is-Sibt ta’ qabel il-ġurnata li tfakkarna fit-twelid ta’ Ġesu Bambin. Dan l-avveniment jibda min Triq Fortunato Mizzi, tul Triq ir-Repubblika u jispiċċa bi sfilata fi Pjazza Indipendenza.

Jipparteċipaw f’din il-parata diversi gruppi ta’ tfal bil-kostum li jiżfnu mal-mużika li tindaqq matul dawn il-ġranet ta’ festi. Il-parata tinvolvi wkoll karattri relatati mal-Milied kif ukoll diversi karattri tant popolari fost it-tfal.

Ta kull sena din hi waħda mill-aktar attrazzjoni popolari kemm għal familji Għawdxin, speċjalment għat-tfal, iżda ukoll avveniment li ta kull sena jattira bosta turisti.

Fost il-folla numeruża kien hemm il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri.