Il-Prim Ministru Spanjol, Pedro Sanchez, f’kumment li għamel spjega li l-Kunsill tal-Ministri approva d-Digriet li jibda l-proċess ta’ regolarizzazzjoni straordinarja ta’ persuni f’sitwazzjoni irregolari fi Spanja.
Iddikjara li “dan hu att ta’ normalizzazzjoni, ta’ rikonoxximent tar-realtà ta’ kważi nofs miljun persuna li diġà jiffurmaw parti mill-ħajja tagħna ta’ kuljum. U, wkoll, att ta’ ġustizzja u neċessità.
“Nirrikonoxxu drittijiet, iżda nesiġu wkoll obbligi. Li dawk li diġà jiffurmaw parti mill-ħajja tagħna ta’ kuljum jagħmlu dan taħt kundizzjonijiet ugwali, u jikkontribwixxu għas-sostenn ta’ pajjiżna u l-mudell tagħna ta’ koeżistenza.
Illum, għal darb’oħra, inħossni kburi li jien Spanjol”, qal il-Prim Ministru Pedro Sanchez.

