Friday, April 17, 2026

“Dan mhux il-mument li nirtiraw mil-liġi internazzjonali… imma hu l-mument li naffermawha mill-ġdid”

- is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, Antonio Guterres

Aqra wkoll

Quddiem is-sitwazzjoni inċerta fid-dinja, tkellem is-Segretarju tan-Nazzjonijiet Uniti, Antonio Guterres, u enfasizza l-importanza aktar minn qatt qabel tal-liġi internazzjonali.

F’kummenti li għamel tal li “f’dinja li qed timxi lejn frammentazzjoni akbar u kompetizzjoni aktar qawwija fil-poter, il-liġi internazzjonali hija indispensabbli. Mingħajrha, l-instabbiltà tinfirex, in-nuqqas ta’ fiduċja tikber u l-kunflitti joħorġu minn taħt kontroll. Dan japplika kullimkien – u japplika b’mod urġenti għall-kunflitt fil-Lvant Nofsani.”

Saħaq li “l-liġi internazzjonali tapplika għall-Istati kollha, mingħajr eċċezzjoni. Mingħajrha, l-instabbiltà tinfirex, in-nuqqas ta’ fiduċja tikber u l-kunflitti joħorġu minn taħt kontroll. Dan mhux il-mument li nirtiraw mil-liġi internazzjonali. Huwa l-mument li naffermawha mill-ġdid.”

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport