Id-Duka u d-Dukessa ta’ Sussex bdew żjara ta’ erbat ijiem fl-Awstralja għal żjara ta’ erbat ijiem fejn se jiltaqgħu fost oħrajn ma’ pazjenti u mediċi fi sptar tat-tfal, kif ukoll ma’ veterani militari u l-familji tagħhom. Iż-żjara tagħhom qed issir fuq bażi privata.
Prinċep Harry se jkun qiegħed jagħmel diskors f’summit fejn ġie rrapportat li l-biljetti se jiswew sa A$2,400 għal kull persuna. Min-naħa l-oħra, Meghan se tieħu sehem f’diskussjoni li se tkun speċifikatament għan-nisa biss f’Sydney, li qed tkun organizzata mill-produtturi tal-podcast “Her Best Life”. 12
Għadu mhux ċar kemm il-Prinċep Harry u Meghan se jkunu qegħdin jitħallsu għal avvenimenti kummerċjali.
Din hija l-ewwel darba li l-koppja żaru l-Awstralja mill-2018, meta kienu qattgħu disat ijiem fil-pajjiż bħala parti minn “tour” intensiv ftit xhur biss wara ż-żwieġ tagħhom.
Filwaqt li dak il-vjaġġ ra folol kbar jinġabru biex isellmulhom kull fejn marru, din id-darba ma hemm l-ebda avveniment ippjanat biex jiltaqgħu mal-pubbliku.
Wara li kienu rriżenjaw bħala membri attivi tal-familja rjali f’Jannar tal-2020, u rrinunzjaw it-titli tagħhom, il-Prinċep Harry u Meghan qegħdin iżuru dan il-pajjiż bħala ċittadini privati filwaqt li qalu li l-vjaġġ hu ffinanzjat b’mod privat.

