Thursday, December 26, 2024

Attakk f’Moska jħalli minn tal-inqas 60 persuna mejta

Aqra wkoll

Qed ikun irrapportat li l-Istat Iżlamiku wettaq attakki f’sala tal-kunċerti qrib il-belt kapitali tar-Russja, f’Moska, liema attakk ħalla minn tal-inqas 60 persuna mejta, filwaqt li hemm madwar 100 persuna midruba.

Dan ġie kkonfermat mix-xandir tal-istar Russu, li kkonfermaw dan l-attakk bħala wieħed terroristiku. Min-naħa tiegħu, l-Istat Iżlamiku kkonferma li huwa kien responsabbli għal dan l-attakk, iżda l-persuna responsabbli ħarbet minn fuq il-post.

Intant b’reazzjoni għal dan l-attakk, l-Ukrajna li tinsab f’nofs gwerra mar-Russja, iddikjarat li ma kelliex x’taqsam ma’ dan l-attakk

L-attakk seħħ qabel ma l-grupp mużikali Picnic kellu jagħti kunċert. Midja internazzjonali irapurtat li ħadd mill-mużiċisti ma weġġa’ u li dawn inħarġu mis-sala minn wara.

Sergei Sobyanin, is-sindku ta’ Moska,  sejjaħ l-attakk bħala traġedja terribli. Dan filwaqt li ħabbar li sabiexz jitħassru l-attivitajiet sportivi, kulturali u pubbliċi kollha li kellhom isiru f’Moska.

Ekonomija

Sport