Wednesday, July 17, 2024

Attakki fatali f’sinagogi u knejjes f’Dagestan

Aqra wkoll

Irġiel armati fetħu n-nar f’żewġt ibliet fir-reġjun ta’ Dagestan fir-Russja fejn fil-mira tagħhom kien hemm sinagoga, żewġ knejjes Ortodossi u għassa tal-pulizija. Ġie rrapportat li f’dan l-attakk inqatlu diversi uffiċjali tal-pulizija u qassis.

“Dan huwa jum traġiku għad-Dagestan u għall-pajjiż kollu,” qal Sergei Melikov – Gvernatur tar-Reġjun tad-Dagestan f’filmat ippubblikat kmieni t-Tnejn filgħodu fuq l-app Telegram.

Fil-belt ta’ Derbet, l-allegati aggressuri attakkaw sinagoga u żewġ knejjes Ortodossi li jinsabu fl-inħawi. Filmati ppubblikati fuq il-midja soċjali wrew grupp ta’ rġiel armati involuti fi sparatura mal-pulizija.

L-uffiċjali qalu li s-sinagoga ta’ Derbet ingħatat ukoll in-nar u mill-filmati ppubblikati dehru fjammi ħerġin mill-binja, li hi elenkata bħala sit ta’ wirt tal-UNESCO.

Fi sparatura separata li seħħet fl-istess ħin, persuni oħra fetħu n-nar fuq il-pulziija f’Makhachakala, il-kapitali tad-Dagestan. Skont l-awtoritajiet lokali, mill-inqas uffiċjal tal-pulizija nqatel u sitta oħra ndarbu.

Sa issa ma kien hemm ħadd li refa’ responsabiltà għal dawn l-attakki, b’Melikov madankollu jgħid li “nifhmu min hu wara l-organizzazzjoni tal-attakki terroristiċi u l-għanijiet li kellhom.”

Melikov żied jgħid li minbarra li nqatlu diversi uffiċjali tal-pulizija, kien hemm persuni ċivili fosthom qassis Ortodoss li kienu jservi f’Derbent għal aktar minn 40 sena. Jidher ukoll li sitta mill-allegati aggressuri nqatlu fuq il-post.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport