Saturday, July 20, 2024

Attakki vjolenti jixxukkjaw lil Franza qabel il-vot kruċjali tal-Ħadd

Aqra wkoll

Numru li qed ikompli jikber ta’ kandidati u attivisti fi Franza kienu fil-mira ta’ attakki vjolenti jew verbali fit-tħejjija għall-aħħar fażi tal-elezzjonijiet parlamentari tal-Ħadd li ġej.

Il-kelliema għall-Gvern Prisca Thevenot kienet qed twaħħal posters elettorali mad-deputat tagħha f’Meudon meta kienu attakkati b’mod brutali minn grupp ta’ żgħażagħ. Kien irrapportati ukoll li attivisti oħra sfaw fil-mira ta’ attakki madwar Franza.

Il-mottiv wara l-attakk fuq Thevenot u l-kollegi tagħha għadu mhux magħruf, bil-Prim Ministru Franċiż Gabriel Attal jikkundanna dawn l-attakki.

Ritratti meħuda minn blokka ta’ appartamenti kienu juru grupp ta’ żgħażagħ iduru madwar il-kandidata, id-deputat tagħha Virginie Lanlo u l-attivist tal-partit għall-alleanza Ensemble tal-President Emmanuel Macron.

Thevenot tkellmet ma’ Le Parisien u qalet li meta hi u kollegi tagħha talbu liż-żgħażagħ biex ma jqattgħux l-posters tal-partiti dawn allegatament ħebbew għal wieħed mill-attivisti u anke weġġgħu lil Virginie.

Tliet adoloxxenti u raġel ta’ 20 sena ġew arrestati mill-pulizija b’rabta ma’ dan l-attakk.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport