Monday, December 9, 2024

Azzjoni ta’ infurzar f’għalqa f’Ta’ Qali minħabba rimi ta’ materjal

Aqra wkoll

L-Awtorità tal-Ippjanar akkumpanjati minn membri tal-Korp tal-Pulizija, dalgħodu ħadet azzjoni f’għalqa f’Ta’ Qali dwar rimi illegali ta’ materjal tal-kostruzzjoni.

Sid l-għalqa kien diġa ġie mwissi, f’diversi drabi biex jieqaf mill-azzjonijiet tiegħu u sabiex jimxi mar-regolamenti. Huwa kien mitlub ukoll sabiex inaddaf r-rimi ta’ materjal tal-kostuzzjoni li kien qed jarmi fl-istess għalqa.

Kelliem għal din l-Awtorità f’kumment li ta lill-Talk.mt, qal li għalkemm is-sit inkwistjoni ġie ssiġillat, b’danakollu xorta waħda baqa jintrema fih il-materjal tal-kostruzzjoni.

Ir-rimi llegali li kien beda f’Novembru, baqa għaddej anki għall-ħabta tal-Milied.

L-Awtorità ħadet l-okkażjoni biex tiġbed l-attenzjoni tal-pubbliku sabiex ir-rimi ta’ materjal tal-kostruzzjoni jintrema kif u fejn suppost u mhux fl-għelieqi

Ekonomija

Sport