Wara li nhar il-Ħadd li għadda dan is-sit ħareġ l-istorja xokkanti li fiha ntqal dak li seħħ sar allegazzjonijiet li persuni ġew attakki minn ħares meta kienu f’residenza fix-Xewkija, għamilna kuntatt mas-saċerdot li mar fl-istess residenza biex jara x’kien seħħ.
Għalissa dan is-sit mhux se jkun qiegħed jiżvela l-identità tas-saċerdot hekk kif għadu qiegħed jara eżattament x’seħħ.
Iżda f’kuntatt miegħu qalilna “li nista’ ngħidlek hu li ġew għalija l-Pulizija bil-lejl biex immur fir-residenza. Għalissa mhux prudenza li nikkummenta minħabba li hemm familja għaddejja minn trawma… Aktar ‘il quddiem nitkellem…”
Intant il-Kurja ta’ Għawdex ma hi twettaq l-ebda investigazzjoni dwar l-allegat każ tal-ħares fix-Xewkija.
Dan is-sit għamel kuntatt mal-kelliem tal-Kurja ta’ Għawdex fejn qalilna li ma jaf li sar ebda kuntatt uffiċjali dwar dan il-każ partikolari.
