Wednesday, April 24, 2024

Barcelona għadhom maħkuma minn problemi finanzjarji kbar

Aqra wkoll

Barcelona għandhom jagħtu €144 miljun lil erba’ clubs differenti għal ħames players li ffirmaw mingħandhom. 

Il-ġganti Katalani għad għandhom problemi finanzjarji minkejja l-infieq kbir tagħhom fis-sajf li għadda, li ammontaw għal €137 miljun.

Lievi ekonomiċi ġew attivati ​​biex jiffirmaw u jirreġistraw players, filwaqt li biegħu ftit li xejn players biex ibiddlu jew jibbilanċjaw l-istruttura tal-pagi massiva tagħ­hom. Għaldaqstant huma għad iridu jħallsu ammonti kbar fuq ix-xiri ta’ players li għamlu matul is-snin.

Is-somma mħallsa għal Philippe Coutinho mingħand Liverpool kienet waħda rekord, dik ta’ €142 miljun, fejn għad hemm €14-il miljun pendenti mar-Reds minkejja li bħalissa l-midfielder Brażiljan qed jilgħab ma’ Aston Villa. 

Coutinho qatt ma stabbilixxa ruħu fin-Nou Camp u kien misluf għal staġun ma’ Bayern Munich. Peró kien skorja kontra l-Katalani fir-rebħa famuża ta’ 8-2 liema partita kienet valida mill-UEFA Champions League. 

Barcelona ffirmaw żewġ players mingħand Ajax fi żmien 18-il xahar li kienu Frenkie de Jong u Sergino Dest.

De Jong iffirma kuntratt ma’ Barcelona f’Jannar 2019 qabel ma ngħaqad b’mod uffiċjali f’dak is-sajf.  Min-naħa ta’ Dest, huwa ffirma f’Ottubru 2020.

Qed jingħad li Barcelona għandhom dejn ta’ €32 miljun mit-tariffa ta’ de Jong u €10 miljuni minn Dest. 

De Jong kien marbut li seta’ ssieħeb lil Manchester United fis-sajf li għadda, filwaqt li Dest ingħaqad ma’ AC Milan b’self b’għażla ta’ kuntratt permanenti. 

Miralem Pjanic wasal mingħand Juventus fi ftehim li ra wkoll lil Arthur Melo jmur f’Turin. Pjanic qatt ma kien rikonoxxut mill-eks manager Ronald Koeman u qatta’ l-istaġun li għadda b’self ma’ Bestikas fit-Turkija.

Malli rritorna, huwa deher għal Barcelona fil-pre-season qabel issiġilla t-trasferiment ma’ Sharjah FC, fl-Emirati Għarab Magħquda.

Barcelona inkludew lil Arthur fi ftehim għal Pjanic biex titnaqqas l-ispiża finanzjarja. Iżda sentejn wara, għad iridu jħallsu lura €36 miljun.

L-aħħar player fil-lista huwa Ferran Torres, li wasal mingħand Manchester City f’Jannar li għadda. 

Barcelona kienu fil-periklu li jitilfu l-kwalifikazzjoni taċ-Champions League u ddeċidew li jiffirmaw lil Torres biex isaħħu l-attakk tagħhom.

Minn dakinhar huwa qatt ma ntgħażel b’mod regolari, aktar u aktar mal-wasla ta’ Raphinha biex beda biss żewġ logħbiet f’dan l-istaġun. 

Iżda mit-trasferiment tiegħu li sewa €52 miljun, għad trid somma sostanzjali. 

Min-naħa l-oħra, il-Katalani għad iridu jirċievu €10 miljun mingħand Aston Villa għall-bejgħ ta’ Coutinho minbarra li jridu jdaħħlu somma flus oħra mingħand Wolves għal Francisco Trincao li ngħaqad magħhom b’self. 

Sport