Friday, May 3, 2024

Barcelona jħejju lista ta’ ħames difensuri xellugin

Aqra wkoll

Barcelona ħejjew lista ta’ ħames difensuri xellugin b’saħħithom li jistgħu jingħaqdu magħhom b’self.

Jordi Alba bħalissa huwa l-ewwel għażla ċara f’dik il-pożizzjoni, bil-player ta’ 32 sena jibda total ta’ 20 partita fil-kompetizzjonijiet kollha.

Madankollu, huwa mifhum li l-manager Xavi jrid idaħħal aktar esperjenza f’dik il-pożizzjoni, aktar milli jiddependi fuq player versatili jew iżgħar.

Alex Telles ta’ Manchester United u Nicolas Tagliafico ta’ Ajax huma fost il-players li Barcelona jistgħu jimmiraw għalihom fil-ġimagħtejn li ġejjin.

Alex Sandro ta’ Juventus, Raphael Guerreiro ta’ Borussia Dortmund u Alfonso Pedraza ta’ Villarreal jingħad li jistgħu jingħaqdu mal-ġganti Katalani.

Madankollu, Barcelona jista’ l-ewwel ikollhom iċedu xi players biex ikunu f’qagħda finanzjarja sostenibbli biex jakkwistaw players ġodda.

Sport