Barcelona akkwistaw il-firma tal-Brażiljan Gabriel Jesus mingħand Arsenal għal €10 miljun
L-attakkant kien tilef postu fl-ordni ta’ Arsenal minħabba problemi ta’ injuries u l-preferenza għal Kai Havertz u Viktor Gyokeres bħala attakkanti ċentrali.
Jesus, li ngħaqad ma’ Arsenal mingħand Manchester City fl-2022, skorja 32 goal u pprovda 22 assist f’123 dehra.
Napoli kienu wkoll interessati fih, iżda Barcelona rebħu t-tellieqa wara li l-player għadda mit-testijiet mediċi.
Il-manager tal-Gunners, Mikel Arteta, ikkonferma li Jesus ma kienx qed jitħarreġ mat-team, u dan kien sinjal ċar li kien se jitlaq.
Jesus se jkun it-tielet akkwist ta’ Barcelona minn klabb tal-Premier League dan is-sajf, wara Anthony Gordon u Rodri.




