Friday, April 19, 2024

Barcelona jistgħu jimmultaw lil Ousmane Dembele

Aqra wkoll

Barcelona jistgħu jimmultaw lil Ousmane Dembele wara li l-attakkant naqas li jmur għal-laqgħa tat-team fil-ground tat-taħriġ tal-club il-Ħadd filgħodu.

Il-kuntratt tal-internazzjonali Franċiż fil-Camp Nou għandu jiskadi fl-aħħar ta’ Ġunju, u huwa ġie nfurmat mill-club biex jiffirma ftehim ġdid jew inkella jitlaq qabel tmiem it-tieqa tat-trasferimenti ta’ Jannar.

Dembele tħalla barra mill-iskwadra għall-konfront tal-Copa del Rey tal-Ħamis ma’ Athletic Bilbao u tħalla barra wkoll mill-iskwadra għall-partita tal-Ħadd fil-La Liga kontra Alaves.

Iż-żagħżugħ ta’ 24 sena ma kienx preżenti għal-laqgħa tat-tim il-Ħadd filgħodu, u sostna li ma kienx tajjeb wisq biex jattendi.

Madankollu, il-club m’emminx l-istorja tiegħu, u Dembele issa jista’ jiffaċċja multa taħt ir-regoli imposti minn Xavi mar-ritorn tiegħu ma’ Barcelona bħala coach.

Minkejja s-sitwazzjoni attwali, l-attakkant għadu miftuħ biex jiffirma ftehim ġdid fil-Camp Nou, bl-aġent tiegħu Moussa Sissoko se jmur Barcelona din il-ġimgħa biex jiltaqa’ mal-club tal-La Liga.

Sport