Tuesday, May 14, 2024

Barcelona jridu €100 miljun għal Ousmane Dembele

Aqra wkoll

Wara rapporti li Paris St-Germain kienu interessati li jiffirmaw lill-attakkant internazzjonali Franċiż, Ousmane Dembele, mingħand Barcelona, għal €50 miljun … ir-risposta tal-club Katalan kienet li t-talba tagħhom hija dik ta’ €100 miljun.

Barcelona jridu jiġbru flushom lura minħabba li huma kienu ħallsu €100 miljun meta akkwistawh mingħand Borussia Dortmund.

Barra minn hekk, il-club ma jinsabx fl-aqwa stat tiegħu finanzjarjament u għaldaqstant it-talba tagħhom hija kemmxejn waħda kbira. 

Wara li Dembele sabha diffiċli biex jikseb post regolari fit-team minħabba li kien ikkalpestat minn bosta injuries matul is-snin, issa jidher li huwa ssetilja u qed jilgħab b’mod regolari taħt it-tmexxija tal-coach Xavi Hernandes. 

Wara d-diżappunt li tilef il-finali tat-Tazza tad-Dinja fil-Qatar, Dembele se jipprova juri l-kwalità tiegħu matul il-kumplament tal-istaġun.

Sport