Wednesday, July 24, 2024

Barcelona jridu jġeddu l-kuntratt ta’ Pedri

Aqra wkoll

Barcelona huma lesti li jġeddu l-kuntratt tal-midfielder ċentrali tagħhom Pedri. Dan tal-aħħar għandu 21 sena u wara bidu xi ftit kwiet, issa verament qed jilgħab futbol tajjeb bil-kowċ Xavi li qed itih ħafna fiduċja assoluta bħalma ġara fil-logħba kontra Paris St Germain hekk kif ta l-assist li minnu Raphinha skorja wieħed mill-gowls.

Minkejja li l-eks plejer ta’ Las Palmas għandu ftehim sa Ġunju 2026, id-diriġenti Katalani jridu jġeddulu kuntratt ġdid.

S’issa Pedri lagħab 91 partita u skorja 14-il gowl.

Ekonomija

Sport