Monday, May 13, 2024

Jim Ratcliffe jibqa’ jisħaq għal Dan Ashworth

Aqra wkoll

Sir Jim Ratcliffe se jkun qed jiltaqa’ ma’ waħda mill-proprjetarji ta’ Newcastle United Amanda Staveley sabiex jipprova jiżblokka s-sitwazzjoni ta’ Dan Ashworth. Dan tal-aħħar jinsab impenjat mal-Magpies bħala direttur sportiv iżda Ratcliffe bħala wieħed mis-sidien tar-Red Devils se jipprova jipperswadih jingħaqad magħhom.

Sadanittant, id-direttur sportiv tar-Red Devils John Murtough irriżenja mill-kariga u għalhekk iktar żdiedu l-ispekulazzjonijiet rigward Ashworth. F’dan ir-rigward, il-kowċ attwali Erik Ten Hag kellu kliem ta’ tifħir għal Murtough li skont hu dejjem qeda dmiru bl-aqwa mod possibbli.

Sport