Saturday, May 4, 2024

Barcelona jridu lil Pique biex iħabbar l-irtirar tiegħu … biex jiffrankaw €80 miljun!

Aqra wkoll

Barcelona qed jitolbu biex id-difensur Gerard Pique jħabbar tmiem il-karriera tiegħu mal-club biex jiffrankaw €80 miljun f’salarji.

Bħalissa Pique ma tantx għaddej minn mumenti tajbin …. kemm mal-Katalani kif ukoll fil-ħajja privata tiegħu.

Huma qed jittamaw li fi tmiem l-istaġun 2022/23, il-player ta’ 35 sena, jiddeċiedi li jieqaf jilgħab hekk kif huwa wieħed mill-aktar players imħallsin fid-dinja.

Ta’ min jgħid ukoll li huwa kien aċċetta tliet darbiet biex titnaqqaslu l-paga fiż-żmien tal-Covid-19 minħabba l-impatt finanzjaru li affettwa bil-kbir lill-club.

Sport