Barcelona qed iżommu ħarsithom mill-qrib fuq il-playmaker ta’ Rennes, Lovro Majer.
Iż-żagħżugħ ta’ 24 sena wasal f’Roazhon Park bi ftehim ta’ £10.8m mingħand Dinamo Zagreb fis-sajf tal-2021 u gawda minn staġun debuttanti tajjeb taħt il-gwida ta’ Bruno Genesio.
Majer irreġistra sitt goals u tmien assists f’29 partita tal-Ligue 1 għal Les Rouges et Noir matul l-istaġun li għadda, fejn jista’ jkun utilizzat f’diversi żoni fil-ground.