Saturday, December 4, 2021

Barcelona se jitolbu lil Samuel Umtiti biex iħalli l-club f’Jannar

Aqra wkoll

Barcelona se jitolbu lil Samuel Umtiti biex iħalli l-club f’Jannar waqt taħditiet aktar tard dan ix-xahar.

Ir-rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja tal-2018 għadu ma lagħabx minuta football għall-Blaugrana f’dan l-istaġun.

Umtiti kien marbut b’mod qawwi ma’ ċaqliq ‘il bogħod fis-sajf qabel fl-aħħar mill-aħħar baqa’ ma’ barcleona, u l-ftehim eżistenti tiegħu mal-Katalani għandu jiskadi fl-2023.

Barca se jerġgħu jitkellmu ma’ Umtiti f’Novembru, u l-Blaugrana jerġgħu jitolbuh ifittex club ġdid matul ix-xitwa.

Clubs fl-Ingilterra, Franza u t-Turkija jistgħu joffru lil Umtiti kuntratt ġdid, u diġà qed jitressqu proposti għal trasferiment fix-xitwa.

Umtiti skorja biss żewġ goals minn 132 dehra għal Barcelona fil-kmpetizzjonijiet kollha u rebaħ żewġ titli tal-La Liga u tliet edizzjonijiet tal-Copa del Rey mal-ġganti Katalani.

Sport