Wednesday, July 29, 2026
Home Internazzjonali Żewġ persuni jitilfu ħajjithom wara li raġel waqa’ minn għoli ta’ seba’...

Żewġ persuni jitilfu ħajjithom wara li raġel waqa’ minn għoli ta’ seba’ sulari waqt kunċert

0
795

Żewġ persuni tilfu ħajjit­hom filwaqt li persuna oħra sofret ġrieħi wara li raġel waqa’ seba’ sulari waqt kunċert ta’ grupp li jimita lil ABBA li kien qiegħed isir f’sala tal-kunċerti ġewwa l-Iżvezja.

Madwar 1,000 persuna kienu miġburin fis-sala Uppsala Konsert & Kongress ġewwa l-kapitali Stokkolma. L-inċident seħħ 30 minuta wara li beda l-kunċert meta għal xi raġuni raġel waqa’ minn għoli u ġie fuq żewġ persuni. Ir-raġel miet mal-waqgħa filwaqt li persuna oħra tilfet ħajjitha kawża tal-ġrieħi li ġarrbet hekk kif dan ir-raġel waqa’ fuqha. It-tielet persuna sofriet ġrieħi iżda mhix f’riskju li titlef ħajjitha. 

S’issa ftit li xejn hemm dettalji dwar il-vittmi. Min-naħa tagħhom il-pulizija qalu biss li r-raġel li waqa’ għandu fuq it-80 sena u r-raġel l-ieħor li miet għandu fuq is-60.