Thursday, April 18, 2024

Bastiment tan-Navy Messikana jiġbed l-għajn fil-Port il-Kbir

Aqra wkoll

Il-Port il-Kbir ra xena mhux komuni bil-wasla tal-bastiment bil-qlugħ ARM Cuauhtémoc tan-Navy Messikana. B’hekk, il-maestrija tal-port ewlieni Malti kompliet tiżżejjen bil-ġmiel ta’ dan il-bastiment tal-kadetti navali.

Dan il-bastiment huwa r-raba’ tal-kategorija tiegħu. Kien inbena fl-1982 fit-tarznari ta’ Celaya f’Bilbao Spanja u ġie msemmi għal wieħed mill-eroj messikani li kien inqabad u ġie maqtul fl-1515.

Fit-38 sena li ilu varat, dan il-bastiment diġà baħħar madwar 400,000 mil nawtiku (700,000 kilometri) u żar diversi portijiet madwar id-dinja. Huwa meqjus ukoll bħala wieħed mill-ġojjelli tan-Navy Messikana.

Ekonomija

Sport