Tuesday, July 14, 2026
Home Sport Bayern Munich ineħħu żewġ plejers

Bayern Munich ineħħu żewġ plejers

0
434

Iċ-champions Ġermaniżi Bayern Munich ħabbru permezz tas-sit elettroniku tagħhom li żewġ plejers li kienu fl-iskwadra rebbieħa tal-kampjonat tal-istaġun li għadda iġifieri Joao Cancelo u Daley Blind se jkunu qed iħallu lit-tim fil-jiem li ġejjin. 

Blind ntemmlu l-kuntratt proprju lbieraħ filwaqt li l-plejer Portugiż eks-Juventus intemmlu l-perjodu ta’ self u se jerġa’ jingħaqad mal-klabb proprju tiegħu Manchester City bit-tama li jsib postu fl-iskwadra numeruża tal-kowċ Pep Guardiola.