Sunday, October 27, 2024

BAZAAR PN

Jean Claude Micallef
Jean Claude Micallef
Deputat Laburista

Aqra wkoll

Bernard Grech qisu ddeċieda jiftaħ l-istaġun tal-offerti. Kull settur jara kif idendillu karrotta u bla kalkoli ħallih ifajjar stqarrijiet li fil-maġġoranza tagħhom jafu jweġġħu setturi oħra, jisparaw fuq kollegi tiegħu stess fil-PN jew mhumiex sostenibbli.

Qisu bazaar li jkollu minn kollox imma ma jispeċjalizza f’xejn. Bħal dak li jittama li xi ħaġa tolqtok u tixtriha f’ħanut bla organizzazzjoni u bla garanzija.

It-tellieqa tiegħu jidher li għada mal-predeċessur tiegħu iżda jidher ukoll li ma jaċċettax il-fatt li qiegħed fejn qiegħed għax poġġewh il-fazzjoni li n-nies ilha li sfiduċjat.

Għandna Kap tal-Oppożizzjoni li qed jipprova jnissel tama fost l-iffissati waqt li kull stunt min-naħa tiegħu qed tkompli ttellef lil min hu Nazzjonalist fi twemmin u ilu jittama għall-bidla fl-attitudni, fl-istil u fil-kwalità tal-Partit tiegħu stess.

Il-bidla li qed jgħajjat dwarha fil-pjazez Bernard Grech ma tistax issir b’min jemmen li hu biss tajjeb u ħaddieħor mhu tajjeb għal xejn. Il-poplu jrid bidla fl-Oppożizzjoni biex tiskrutinizza ħidmet il-Ministri. Il-bidla li Maltin u l-Għawdxin ridu fl-2013 qed isseħħ u l-Partit Laburista għaraf saħansitra jinbidel fih innifsu anke meta jinsab fil-Gvern. It-tibdil li jonqos isir se jseħħ mal-ġudizzju tal-poplu. Konvint mill-ħidma tiegħi qrib in-nies li bil-vot, il-maġġoranza se jgħinu lil Robert Abela jkompli jġedded kemm lil Malta u l-Partit Laburista waqt li se jagħtu ċans ieħor lil 

Partit Nazzjonalista biex jew ikun il-bidla fih innifsu nkella jkun it-tmiem. 

Sport