Thursday, March 28, 2024

B’Dunbar u Antoine Du Bourg, Redent Magro jispikka fil-Premier

Aqra wkoll

F’idejn Redent Magro, Dunbar u Antoine Du Bourg rebħu t-tiġrijiet ewlenin li saru s-Sibt wara nofsinhar fil-Marsa. Dawn kienu riservati għal żwiemel tal-klassi Premier fuq distanza qasira ta’ 2140m u għamlu parti mit-42 laqgħa tas-sena fuq ħdax-il tiġrija kollha tat-trott. Din il-laqgħa inkludiet ukoll is-semifinali minn żewġ kampjonati differenti għal żwiemel Franċiżi. Dawn kienu l-Prix De Cagnes Sur Mer tal-klassi Bronze u l-Prix De Caen tal-klassi Copper, semifinali fuq distanza twila ta’ 2640m. 

Ħdax-il żwiemel ħadu sehem fl-ewwel tiġrija Premier. Alinea (Herman McKay) mar quddiem dawra mit-tmiem u fetaħ vantaġġ minimu minn Vincent Horse (Paul Galea) u d-debuttant Finlandiż Club Nord Easy (Brian Hili). Madankollu, f’nofs id-dritta finali, Alinea ġie attakkat u maqbuż minn Dunbar (Redent Magro) li ħa t-tielet rebħa f’Malta. Club Nord Easy temm it-tielet minn D’Laina (James Carabott).  

Il-kwotat Antoine Du Bourg, ukoll misjuq minn Redent Magro, okkupa l-ewwel post tul id-distanza kollha tat-tieni tiġrija mill-istess kategorija. B’hekk dan il-Franċiż ħa s-seba’ rebħa staġjonali. Dan minn Vencedor (Rodney Gatt), Caid De Bengale (Ivan Stivala) u Vichenko Chef (Paul Galea). 

Din kienet laqgħa memorabbli għal Redent Magro. Dan għax din kienet l-ewwel darba li dan is-sewwieq minn Ħal Qormi rnexxielu jirbaħ tliet tiġrijiet f’laqgħa waħda. 

Ir-riżultati kollha

I Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Estoc Nogentais (R. Magro) Ħin – 2.40.5” (1.15”) 2. Jadore Sugar (C. Vassallo) 3. Midnight Passion (N. Baldacchino) 4. Tire Bouchon (M. Ellul)

II Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1.  Ceravin For Ever (K. Azzopardi) Ħin – 2.45” (1.17.1”) 2. Diacre Des Tithais (N. Baldacchino) 3. Darius Du Pouget (P. Galea) 4. Wise Wind (C. Gerada) 

III Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Dynamit Life (K. Galea) Ħin – 2.38.7” (1.14.2”) 2. Such A Knight (J. Vassallo) 3. Abricot Du Bugey (Ch. Vassallo) 4. Caid Sly (L. Ghigo) 

IV Tiġrija. Semifinali Prix De Caen. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Gypsa Bella (S. Cassar) Ħin – 3.22.9” (1.16.8”) 2. Firstly Light (N. Baldacchino) 3. Fangio De Bailly (K. Saliba) 4. Fier d’Attaque (J. Zahra) 5. Concerto Cehere (C. Calleja) 6. Gamine d’Hawai (L. Ghigo)

V Tiġrija. Semifinali Prix De Caen. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Hydra De L’Erdre (R. Gatt) Ħin – 3.22.1” (1.16.5”) 2. Follow Vet (C. Camilleri) 3. Ernest Des Angles (Ch. Gauci) 4. Himitri Star (C. Farrugia) 5. Givre Nonantais (Cherise Farrugia) 6. Divonne (S. Grixti)

VI Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Dunbar (R. Magro) Ħin – 2.39.4” (1.14.5”) 2. Alinea (H. McKay) 3. Club Nord Easy (B. Hili) 4. D’Laina (J. Carabott)

VII Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Antoine Du Bourg (R. Magro) Ħin – 2.40.7” (1.15.1”) 2. Vencedor (R. Gatt) 3. Caid De Bengale (I. Stivala) 4. Vichenko Chef (P. Galea) 

VIII Tiġrija. Semifinali Prix De Cagnes Sur Mer. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Galaxie d’Azur (P. Galea) Ħin – 3.21.3” (1.16.2”) 2. Febus Du Juille (K. Saliba) 3. Drakkar Cleville (C. Calleja) 4. Coquin De Cessevil (R. Briffa)

IX Tiġrija. Semifinali Prix De Cagnes Sur Mer. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Vaillant Marceaux (R. Gatt) Ħin – 3.26.4” (1.18.2”) 2. Good Buzz (K. Galea) 3. Baron De Neuilliac (C. Camilleri) 4. Velvety Ranais (Sh. Portelli) 

X Tiġrija. Semifinali Prix De Cagnes Sur Mer. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. French Arctic (N. Baldacchino) Ħin – 3.25.3” (1.17.7”) 2. Diam Orange (J. Gafa) 3. Caprice Noria (N. Azzopardi) 4. Emporio Jo (C. Vassallo) 

XI-il Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Virus (M. Ellul) Ħin – 2.40” (1.14.8”) 2. Beau De Morgane (M. Debono) 3. Eurythmic Sisu (K. Sciberras) 4. Janske (C. Camilleri) 

Ekonomija

Sport