Wednesday, April 24, 2024

Valletta u Birkirkara fi draw ġust ta’ mingħajr goals

Aqra wkoll

Valletta …………..0

Birkirkara ……….0

Valletta żammew it-tieni pożizzjoni tal-klassifika, punt vantaġġ fuq ir-rivali tagħhom Birkirkara, hekk kif il-logħba ta’ bejniethom intemmet fi draw ta’ 0-0.

Kienet logħba li rat lil Valletta joħolqu aktar ċansijiet bil-Karkariżi jagħlqu tajjeb lill-avversarji tagħhom. 

Wara bidu kemmxejn kwiet, fit-22 minuta, Diego Venancio ttanta xortih b’xutt minn barra l-kaxxa għal Birkirkara li l-goalkeeper, Alessandro Guarnone, salva f’żewġ tentattivi.

Il-Beltin irrispondew fit-33 minuta b’xutt mill-ewwel ta’ Dilaver li ġie salvat minn Daniel Fernandes wara cross ta’ Curjuric waqt li minuta wara, minn cross ta’ Tulimieri mil-lemin, id-daqqa ta’ ras ta’ Eslit Sala mill-viċin ġiet salvata parzjalment minn Fernandes u Rowen Muscat ikkonkluda barra minn pożiz­zjoni tajba.

Fis-36 minuta, l-istess Muscat irċieva ballun tajjeb iżda l-konklużjoni tiegħu kienet żbaljata.

Valletta komplew jibnu l-­pressjoni u fit-38 minuta, minn cross ta’ Eslit Sala mix-xellug, xutt sabiħ ta’ Tulimieri ġie mblukkat minn Fernandes b’Leandro Aguir­re jikklerja l-periklu minn fuq il-linja waqt li fil-ħin miżjud, minn cross ta’ Tuli­mieri, xutt akrobatiku ta’ Sala ġie salvat mill-goalkeeper Karkariż.

Fit-tieni taqsima kienu Valletta li komplew igawdu mill-inizjattiva għalkemm ix-xuttijiet lejn il-lasta kienu ftit. Fit-52 minuta free­-kick ta’ Curjuric ġie salvat taj­jeb minn Fernandes u fit-68 minuta, free-kick ieħor tal-midfielder Kroat għadda żbrixx minn mal-lasti difiżi mill-goalkeeper Karkariż.

Iżda fid-79 minuta Birkirkara kienu għoddhom fetħu l-iskor meta wara ħarba fuq il-lemin, xutt angolat ta’ Luke Montebello għadda jħakkek mal-lasta biex żewġ minuti mit-tmiem, free-kick ta’ Aguirre falla l-mira bi ftit.

VALLETTA: 26-Alessandro Guarnone, 4-Jean Borg, 5-Ryan Camilleri, 6-Triston Caruana, 8-James Arthur, 9-Haris Dilaver (10-Shaun Dimech 79), 20-Ivan Curjuric, 24-Rowen Muscat, 66-Eslit Sala (19-Joseph Zera­fa 79), 89-Mario Fontanella, 92-Ke­vin Tulimieri (18-Enmy Pena Beltre 72)   – Coach: Antonio Jose Cardoso Mendes

BIRKIRKARA: 1-Daniel Fernandes, 2-Enzo Ruiz, 5-Enrico Pepe, 6-Yannick Yankam (25-Oscar Carniello 72), 7-Luke Montebello, 20-Fede­rico Falcone (30-Kilian Bevis 84), 21-Ryan Scicluna, 22-Cain Attard, 27-Leandro Aguirre, 70-Jeferson Macedo (8-Claudio Bonanni 58), 77-Diego Venancio (10-Paul Mbong 73)  – Coach: Andre Paus

REFEREE: Ishmael Barbara

ASS. REFEREES: Roberto Vella, James Muscat

RABA’ UFF: Darryl Agius

SKORER: Ħadd

AMMONITI: I. Curjuric, T. Caruana (V); D. Venancio (B)

Sport