Il-ġimgħa li għaddiet ingħata bidu għall-kampjonat tal-Beach Soccer femminili organizzat mill-Malta Beach Soccer Assoociation bl-erba’ logħbiet li ntlagħbu li offrew emozzjonijiet u gowls fil-Bajja s-Sabiħa f’Birżebbuġa.
Fl-ewwel ġurnata, Birkirkara bdew b’rebħa ta’ 6-4 kontra Skill and Passion f’konfront spettakolari li pproduċa għaxar gowls. Hekk kif f’xi mument kienu minn taħt, l-Istripes irnexxielhom idawru l-iskor favurihom u jiksbu l-punti massimi minn dan il-konfront.
Sadanittant il-logħba bejn Parr Mela Rockets u Ballun FC kienet bilanċjata sal-aħħar hekk kif fil-ħin regolamentari, l-iskor kien dak ta’ 4-4, filwaqt li wara l-ħin barrani l-iskor kien għadu indaqs, din id-darba 5-5. Għalhekk il-logħba kellha tiġi deċiża bl-għoti tal-penalties fejn Ballun FC żammew kalmi u rebħu 3-2.
Fit-tieni ġurnata ta’ logħob, Sliema taw wirja impressjonanti kontra Birkirkara u ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 4-2. It-tim Slimiż ikkontrolla partijiet importanti tal-logħba u wera li se jkun wieħed mill-kontendenti ewlenin għat-titlu.
Parr Mela Rockets ukoll irritornaw għar-rebħ meta għelbu lil Skill and Passion bl-iskor konvinċenti ta’ 7-2.
Il-kampjonat ikompli nhar it-Tlieta 9 ta’ Ġunju fis-6.00pm meta Ballun FC jiltaqgħu kontra Sliema. Mill-banda l-oħra, il-Ħamis li ġej Skill and Passion jilagħbu kontra Ballun FC fis-6.00pm, filwaqt li fis-7.15pm Sliema jaffaċċjaw lil Parr Mela Rockets f’dak li mistenni jkun wieħed mill-aktar konfronti interessanti ta’ dan l-istadju tal-kompetizzjoni.
Ħames timijiet jibdew l-impenji tagħhom fil-kampjonat tal-beach soccer femminili