Saturday, June 6, 2026

Ħamrun 147 A jgħaddu għall-finali tal-Premier League tal-Blackball

Aqra wkoll

Ħamrun 147 A għaddew għall-finali tal-Premier League tal-Blackball meta fis-semifinali għelbu lil Qormi Pinto A 21-18. Wara li l-ewwel konfront, intemm 12-8 favur il-Qriema, l-avversarji mill-Ħamrun dawru l-iskor favurihom sabiex issa se jkunu qed jiltaqgħu kontra Cospcicua Rangers A fil-finali li se ssir nhar il-Ġimgħa 19 ta’ Ġunju.

Fiċ-Challenger League, se jkun hemm żewġ semifinali interessanti hekk kif Qormi Pinto B jaffaċċjaw lil San Ġwann Tiki Taka Spartans filwaqt li Ħamrun 147 B jilagħbu kontra San Ġwann Tiki Taka Boys.

Fir-Regional League, Birkirkara Youngsters għelbu lil Żebbuġ St Joseph A 21-16 u issa jistennew l-avversarju tagħhom fis-semifinali l-oħra li se tintlagħab il-ġimgħa d-dieħla bejn Ħamrun 147 C u Selmun Sports Club A.

Fil-Community League se jkun hemm ukoll żewġ semifinali hekk kif PL Floriana jiltaqgħu kontra San Ġwann Tiki Taka Buddies filwaqt li Ħamrun 147 D jaffrontaw lil Cospicua Rangers B.

Finalment fl-Amateur League, intlagħbu żewġ kwarti tal-finali fejn Birżebbuġa St Peter’s B għelbu lil Siġġiewi Montekristo B 11-7 filwaqt li Ħamrun 1889 Bar rebħu 11-9 lil Selmun Sport B.

Fis-semifinali li se jsiru nhar it-Tnejn li ġej, Birkirkara Juve jilagħbu kontra Birżebbuġa St Peter’s B filwaqt li Birkirkara Boċċi għandhom impenn kontra Ħamrun 1889.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport