Saturday, June 6, 2026

“Riżultat ieħor tajjeb minn S&P Global Ratings jikkonfermaw il-klassifikazzjoni ta’ pajjiżna”

Aqra wkoll

“Riżultat ieħor tajjeb. S&P Global Ratings jikkonfermaw il-klassifikazzjoni ta’ pajjiżna u jagħtuna prospett stabbli, għax jemmnu li l-amministrazzjoni l-ġdida eletta tagħna se tipprijoritizza l-protezzjoni tal-familji u n-negozji mill-effetti tat-tnaqqis ekonomiku globali”

Dan iddikјarah il-Prim Ministru Robert Abela, hekk kif għal darba oħra, l-aġenzija ta’ kreditu internazzjonali Standard & Poors’ ikkonfermat ir-rating pożittiv ta’ Malta, kif ukoll il-prospetti stabbli għall-ekonomija ta’ pajjiżna.

Dan filwaqt li diversi pajjiżi Ewropej oħrajn, fosthom Franza, is-Slovakkja u l-Belġju, raw nuqqas fir-rating tagħhom mill-istess aġenziji internazzjonali.

Matul il-ġimgħa li fiha l-Prim Ministru Robert Abela reġa’ ħa l-ħatra u beda r-raba’ mandat ta’ Gvern Laburista, Malta rċeviet diversi konfermi pożittivi dwar il-qagħda ekonomika tagħha.

Il-Kummissjoni Ewropea kkonfermat li Malta laħqet il-miri fiskali qabel iż-żmien, u li d-defiċit tal-pajjiż mistenni jkompli jonqos fis-snin li ġejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport