Tuesday, July 21, 2026
Home Sport Ħamrun SC jiktbu l-istorja fil-Beach Soccer

Ħamrun SC jiktbu l-istorja fil-Beach Soccer

0
13

Ħamrun SC kitbu storja fil-beach soccer Malti meta saru l-ewwel klabb minn Malta li qatt rebaħ partita f’kompetizzjoni Ewropea ta’ dan l-isport. Fil-Euro Winners Challenge li qed issir f’Nazaré, il-Portugall, it-tim Ħamruniż għeleb lil Kefallinia AO BS tal-Greċja bl-iskor ta’ 4-1.

Il-gowls ta’ Ħamrun waslu mingħand Edinho, William u doppjetta ta’ Toni, filwaqt li l-Griegi skorjaw permezz ta’ Alex. It-tim Malti wera determinazzjoni kbira u prestazzjoni organizzata kontra avversarji ta’ livell tajjeb biex kiseb rebħa memorabbli.

Illejla fil-4.45pm, il-Ħamruniżi għandhom it-tieni impenn tagħhom f’din il-kompetizzjoni hekk kif jaffaċċjaw lil FC Genappe.