Sewwieq ta’ 49 sena residenti Ħal Qormi qed isofri minn ġrieħi gravi.
Dan wara li lbieraħ kien involut f’ħabta fi Triq Ħal Far f’Birżebbuġa. Minn staħrriġ illi sar, jirriżulta li seħħet ħabta head-on bejn bowser misjuq mill-vitttma u trailer misjuq minn raġel ta’ 44 sena residenti l-Imsida.
Fuq il-post isejjaħ tim mediku mill-Isptar Mater Dei li ta l-ewwel assistenza medika lis-sewwieqa.
Fuq il-post maru wkoll uffiċjali mill-Protezzjoni Ċivili u diversi uffiċċjali tal-Pulizija sabiex jassistu t-traffiku li kien hemm fil-madwar.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.


