“Grazzi ninsab onoarata li ninsab hawnhekk fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż u qed nifhem ir-responsabilità f’din il-kariga l-ġdida u beħsiebni nġorrha b’għaqal u b’responsabbiltà bħal ma ġarrejt f’karigi oħrajn. Inħossni onorata iktar li jiena issa membru Parlamentari fuq din in-naħa tal-kamra, Gvern li tela b’mandat b’saħħtu f’dan il-Parlament”
Dan kien il-messaġġ li wasslet Ramona Attard fil-Parlament hekk kif ħadet il-ġurament ta’ membru Parlamentari. Attard spjegat li għandha għeruq vera umli u li dawk l-għeruq jikkalibrawha sabiex tagħmel din il-politika li tirrapreżenta l-messaġġi tan-nies.
Tenniet li se tkun qiegħda tħaddem politika mingħajr diskriminazzjonijiet, politika ta’ drittijiet ċivili u fuq kollox politika ta’ ekonomija.