Saturday, December 21, 2024

Bejn l-2022 u l-aħħar ta’ Ottubru 2024 inħarġu 12,609 ċitazzjoni b’rabta mal-iskart 

Aqra wkoll

Bejn is-sena 2022 u l-aħħar ta’ Ottubru ta’ din is-sena nħarġu 12,609 ċitazzjonijiet dwar kontravenzjonijiet relatati ma l-iskart permezz ta’ sistema elettronika minn uffiċċjali tal-Aġenzija LESA u membri tal Korp tal-Pulizija, kif ukoll taħrikiet maħruga ta’ każijiet li kienu identifikati permezz ta’ CCTV. 

Kien il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri li ta dan it-tagħrif fil-Parlament meta kien qed iwieġeb għal mistoqsija tad-Deputata Nazzjonalista Graziella Galea. 

Il-Ministru Camilleri spjega wkoll li kien hemm 129 każ ieħor fejn persuni ġew mħarrka u ttieħdu l-Qorti jew it-Tribunal mill-Pulizija għal reati relatati. 

Ekonomija

Sport