Friday, December 13, 2024

Trump jagħżel lil Elon Musk biex imexxi d-Dipartiment tal-Effiċjenza tal-Gvern

Aqra wkoll

Elon Musk u l-eks Kandidat Presidenzjali Repubblikan Vivek Ramaswamy se jmexxu d-Dipartiment tal-Effiċjenza tal-Gvern. Ħabbar dan il-President elett tal-Istati Uniti Donald Trump matul il-jum tat-Tlieta.

Fi stqarrija, Trump qal li Musk u Ramaswamy se jkunu qegħdin jaħdmu minn barra l-gvern biex joffru lill-White House “pariri u gwida” u se jissieħbu mal-Uffiċċju tal-Ġestjoni u l-Baġit biex “imexxu riforma strutturali fuq skala kbira, u joħolqu approċċ intraprenditorjali għall-Gvern, li qatt ma kien hemm bħalu qabel.” 

Trump qal li dawn iż-żewġ persuni se jwittu t-triq għall-amministrazzjoni tiegħu biex “tiżżarma” l-burokrazija tal-gvern, tnaqqas ir-regolamenti żejda, tnaqqas l-infiq dwar il-ħela, u tirristruttura l-aġenziji federali.

Musk, f’post fuq “X” – il-pjattaforma tal-midja soċjali li tagħha huwa s-sid – wiegħed li jiddokumenta l-azzjonijiet kollha tad-dipartiment online biex ikun hemm “trasparenza massima”. 

Ekonomija

Sport