Monday, December 9, 2024

Jinżamm arrestat wara li nqabad jisraq mill-Belt Valletta

Aqra wkoll

Raġel ta’ 32 mir-Renju Unit residenti l-Belt Valletta nżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti, mixli li fl-aħħar ta’ Settembru seraq vettura mill-kapitali.

Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Gabriel Micallef u l-Ispettur Sherona Buhagiar, ġiet spjegat li L-Pulizija marrest fir-residenza tal-imputat biex tarrestah, iżda ma sabitux. Ingħad li minn investigazzjonijiet tal-Pulizija, sabu li l-imputat kien qiegħed taħt osservazzjoni fl-Isptar ta’ Monte Karmeli.

L-Ispetturi qalu li meta l-imputat kien arrestat, bl-għajnuna tal-Pulizija, dan kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei, hekk kif dan kien qalilhom li bela xi pilloli.

Fil-Qorti, l-imputat kien mixli wkoll li seraq xi flus minn kaxxa tad-donazzjonijiet li tinsab f’niċċa fil-Belt ukoll. Quddiem il-Maġistrat Gabriella Vella, l-imputat wieġeb li mhuwiex ħati tal-akkużi miġjuba kontrih.

Id-difiża talbet lill-Qorti biex l-imputat jitqiegħed taħt ordni ta’ trattament, jiġi segwit minn psikjatra u jinżamm arrestat fit-Taqsima Foresika fl-Isptar Monte Carmeli.

Kien hawn fejn id-Difiża mmexxija mill-Avukat Ilona Schembri għamlet talba lill-Qorti, sabiex l-imputat jitqiegħed taħt ordni ta’ trattament, jiġi segwit minn psikjatra u jinżamm arrestat fit-Taqsima Foresika fl-Isptar Monte Carmeli.

Il-Maġistrat Vella laqgħet it-talba tad-Difiża u poġġiet lill-akkużat taħt ordni ta’ trattament fuq perjodu ta’ sentejn. Il-Qorti rrikomandat li l-imputat jinżamm arrestat fl-Isptar Monte Carmeli u jingħata għajnuna psikjatrika.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport