Monday, December 9, 2024

Il-PA tiffinanzja parzjalment fergħa ġdida fl-Oratorju għall-Komunità tal-Mosta

Aqra wkoll

L-Awtorità tal-Ippjanar (PA), permezz tad-Development Planning Fund (DPF) tagħha, iffinanzjat parzjalment fergħa ġdida fi ħdan il-kumpless tal-Oratorju Qalb ta’ Ġesù fil-Mosta.

Dan il-proġett ta’ €850,000 se jsaħħaħ ir-rwol bħala ċentru għall-komunità, billi
jipprovdi ambjent ta’ tagħlim sikur, modern, u kompletament aċċessibbli b’faċilitajiet sanitarji mtejba.

Il-kumpless tal-Qalb ta’ Gesù għandu tradizzjoni twila ta’ servizz fil-komunità, li jospita varjetà ta’ gruppi u attivitajiet, inklużi scouting, funzjonijiet tal-knisja, gruppi teatrali, klassijiet ta’ katekiżmu, u attivitajiet rikreattivi. Immexxi mill-Knisja Parrokkjali tal-Mosta, it-titjib li sar jinkludu sala ġdida multi-purpose ddisinjata għall-użu tal-komunità, klassijiet addizzjonali għall-istruzzjoni tal-katekiżmu, faċilitajiet ta’ drama estiżi, u amenitajiet sanitarji rinovati ġodda għall-ground tal-futbol u l-kamra tal-klabb.

Il-Perit Ray Farrugia, Chairperson tad-Development Planning Fund, ikkummenta: “Aħn impenjati li ninvestu fi proġetti li jagħtu benefiċċji dejjiema u tanġibbli lill-komunità. Billi nappoġġaw inizjattivi li jindirizzaw il-ħtiġijiet lokali u jsaħħu l-ispazji tal-komunità. Aħna nimmiraw ukoll li nrawmu t-tkabbir, l-inklużjoni, u kwalità ta’ ħajja ogħla għar-residenti. Dawn il-proġetti mhux biss qegħdin itejbu l-ambjent kondiviż tagħna iżda wkoll jibnu komunità aktar b’saħħitha u konnessa għall-ġenerazzjonijiet futuri.”

Oriġinarjament mibni fl-1928, l-Oratorju tal-Qalb ta’ Gesù ġie inawgurat formalment fl1940. Matul it-Tieni Gwerra Dinjija, il-kumpless serva bħala kenn għall-familji evakwati minħabba ħsarat mill-bombi, u enfasizza r-rwol storiku tiegħu bħala kenn u spazju vitali għall-komunità.

Id-Development Planning Fund li qed jappoġġja dan il-proġett b’€388,000 jipprovdi appoġġ finanzjarju essenzjali lill-kunsilli lokali u lill-NGOs għal proġetti li javvanzaw il benessri tal-komunità, il-kwalità ambjentali, u l-impenn soċjali. Id-DPF huwa ffinanzjat primarjament permezz ta’ ħlasijiet ta’ parkeġġ fit-toroq u kontribuzzjonijiet ta’ ta’ planning gain mill-iżviluppaturi, li jiżguraw li l-fondi jiġu investiti mill-ġdid fil-komunitajiet fejn jinħassu l-impatti tal-iżvilupp, permezz ta’ titjib tal-faċilitajiet lokali u spazji ħodor.

Għal aktar informazzjoni dwar id-Development Planning Fund u kif jista’ jkun ta’ appoġġ għalik żur www.pa.org.mt

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport