Saturday, November 23, 2024

Belt Amerikana mwissija dwar il-provvista tal-ilma minħabba mikrobu li jattakka lill-moħħ

Aqra wkoll

Residenti ta’ ċerti żoni ta’ Texas ġew imwissija biex ma jagħmlux użu mill-ilma tal-vit minħabba il-possibbiltà tal-preżenza ta’ mikrobu qattiel li jattakka l-moħħ.

Il-Kummissjoni ta’ Texas dwar il-Kwalità Ambjentali wissiet lill-Awtorità tal-Ilma ta’ Brazosport dwar il-kontiminazzjoni tal-provvista tal-ilma bil-mikrobu naegleria fowleri.

L-awtorità għall-bidu wissiet tmien komunitajiet fi Houston biex ma jagħmlu ebda użu tal-ilma tal-vit ħlief għal użu ta’ flushing.

Fi stqarrija l-awtorità qalet li għadu mhux magħruf dwar kemm jeħtieġ żmien biex il-provvista tal-ilma tkun meqjusa bħala sigura mill-ġdid.

Il-mikrobu naegleria fowleri normalment tinfetta lil persuna meta ilma kkontaminat jidħol fil-ġisem mill-imnieħer. Minn hemm il-mikrobu jivvjaġġa lejn il-moħħ u jaf jikkawża marda rari u debilitanti magħrufa bħala primary amebic meningoencephalitis.

L-infezzjoni normalment hija fatali u tipikament tiżvolġi meta persuni jmorru jgħumu jew jgħoddsu f’postijiet ta’ ilma frisk bħal għadajjar jew xmajjar.

Sport