Friday, July 24, 2026
Home Sport Ben Chilwell barra għal Chelsea

Ben Chilwell barra għal Chelsea

0
347

It-tobba ta’ Chelsea qed jevalwaw il-kundizzjoni fiżika tal-viċi-captain Ben Chilwell. Id-difensur internazzjonali Ingliż kellu joħroġ fil-logħba kontra Brighton and Hove Albion u jidher li għandu problema fil-muskolu ta’ siequ.

Il-Blues għandhom disa’ plejers li bħalissa qed ibatu minn injury bil-kowċ Mauricio Pochettino li xejn ma kellu bidu faċli.

Chilwell diġa’ kellu problemi fil-hamstring b’diversi segwaċi tiegħu jitolbu li ma jkollu xejn gravi.