Sunday, October 27, 2024

Bernard Grech jgħid li l-PN jista’ jagħti lil pajjiżna t-triq it-tajba

Aqra wkoll

Fid-diskors aħħari tiegħu fl-għeluq tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, il-Kap tal-partit Bernard Grech qal li Alex Perici Calascione għallmu li bl-umiltà tasal kullimkien. 

Grech qal li hu ilu li ra fih il-potenzjal u li hu għażel li jilgħab, anke jekk mhix kwistjoni ta’ liema tim tilgħab fih, għax l-importanti li tkun parti minn tim li jimxi ’l quddiem.

Grech tkellem dwar il-ħidma tiegħu fit-tmun tal-partit u kompla biex jgħid li l-gvern qiegħed imexxi bla pjan. 

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista kompla biex jgħid li Partit Nazzjonalista fil-gvern għamel sptar state of the art, u li gvern Laburista għandu mediċini out of stock. Huwa tkellem ukoll dwar il-pazjenti tal-kanċer li qegħdin ikollhom isiefru biex jingħataw il-kura.

Grech qal li l-Partit Nazzjonalista determinat li jgħin biex itejjeb lill-pajjiż. Sostna li l-Partit Nazzjonalista huwa l-partit li jista’ jagħmel id-differenza fil-parlament u għalhekk se jkun qiegħed jibqa’ jaħdem biex ikompli t-tiġdid fil-partit.

Sport