Sunday, December 22, 2024

bet365 isir sieħeb globali uffiċjali tal-UEFA Champions League

Aqra wkoll

bet365, waħda mill-kumpaniji ewlenin tal-online gaming fid-dinja, ħabbret ftehim storiku ta’ sponsorizzazzjoni, fejn qed issir l-ewwel sieħeb uffiċjali tal-gaming sportiv tal-UEFA Champions League (UCL).

Is-sħubija globali ta’ tliet snin tkopri l-isponsorizzazzjoni tal-kompetizzjoni tal-irġiel, b’espożizzjoni tal-brand fuq il-bordijiet LED perimetrali tal-logħba, sfondi tal-midja u kanali diġitali tal-UEFA Champions League.

Is-sħubija se tkun imnedija b’waħda mill-akbar giveaways ta’ biljetti fl-istorja tal-kompetizzjoni. Eluf ta’ dilettanti tal-futbol f’xi wħud mill-akbar nazzjonijiet tal-UCL se jingħataw l-opportunità li jesperjenzaw logħba tal-UEFA Champions League, b’bet365 tipprovdi aċċess għal wħud mill-aktar postijiet imfittxija fil-logħob tal-futbol.

Guy-Laurent Epstein, direttur tal-marketing tal-UEFA, qal: “Aħna ferħanin li qed nilqgħu lil bet365 bħala sponsor globali uffiċjali tal-UEFA Champions League, li tgħaqqad l-aktar kompetizzjoni prestiġjuża tal-futbol tal-klabbs fid-dinja ma’ miljuni ta’ partitarji passjonati madwar id-dinja.

“Bħala waħda mill-brands ewlenin tal-online gaming sportiv, b’aktar minn 100 miljun klijent, bet365 hi ddedikata biex issaħħaħ l-entużjażmu tal-isport filwaqt li tippromwovi prattiki ta’ logħob responsabbli. Aħna qed inħarsu ‘l quddiem għal sħubija ta’ suċċess li mhux biss tgħolli l-esperjenza għall-partitarji tagħna iżda wkoll tappoġġja l-isforzi biex tipproteġi l-integrità tal-isport.”

bet365 Global Chief Marketing Officer Alex Sefton, said: “Bħala l-ewwel brand tal-online gaming sportiv li qed tisponsorja l-UEFA Champions League, aħna ferħanin li qed ningħaqdu ma’ selezzjoni ta’ brands ewlenin ta’ profil għoli fi żmien daqshekk eċċitanti għall-kompetizzjoni.

“bet365 għandha wirt twil u ta’ suċċess tal-futbol u din is-sħubija prestiġjuża tirrifletti l-impenn tagħna li nagħtu lill-partitarji esperjenzi  li jkunu ‘Never Ordinary’.”

Il-ftehim ta’ sponsorizzazzjoni globali jkopri l-kompetizzjoni tal-irġiel tal-UEFA Champions League mill-istaġun 2024/25 sal-istaġun 2026/27. Is-sħubija tipprovdi opportunità unika għal bet365 biex tiftaħ aċċess għall-futbol tal-klabbs Ewropew ewlenin fuq skala globali b’firxa ta’ attivazzjonijiet immersivi, inkluż votazzjoni b’xejn biex tagħti eluf ta’ biljetti lill-partitarji f’pajjiżi magħżula.

Dwar bet365

F’bet365, aħna ma nagħmlux l-ordinarju. Il-pijunieri oriġinali tal-gaming ‘In-Play’, issa noffru esperjenza ta’ gaming fuq l-isports mingħajr paragun li tkopri aktar minn 96 sport u aktar minn 1,000,000 live stream lil 100 miljun klijent madwar id-dinja. Il-brand tagħna tal-online gaming hi mħaddma minn prodott proprjetarju ta’ klassi dinjija u aktar minn 7,000 impjegat madwar id-dinja. Żoni kulturali u lingwistiċi madwar id-dinja jingħataw servizz bl-użu ta’ kontenut ġeo speċifiku u 22 lingwa differenti biex itejbu l-esperjenza tal-klijent.

bet365 jiftaħar li huwa operatur responsabbli u għandu firxa ta’ għodod utli biex jgħinu lill-klijenti jibqgħu fil-kontroll tal-logħob tagħhom u li jistgħu jinstabu fuq https://responsiblegambling.bet365.com/en

18+ Il-logħob tal-gaming jista’ joħloq dipendenza, jekk jogħġbok ilgħab b’mod responsabbli| Restrizzjonijiet ġeografiċi u Termini u Kundizzjonijiet sħaħ japplikaw għall-għoti ta’ biljetti| Reġistrazzjoni Meħtieġa | GambleAware.org

Ekonomija

Sport