Friday, May 3, 2024

“Bħal-lum 11-il sena ilu kienu qalulna ‘Labour won’t work’ imma intom urejtuhom li dan ma kienx minnu”

-Il-Ministru għall-Ekonomija Silvio Schembri

Aqra wkoll

“Ilkoll niftakru li bħal-lum 11 -il sena ilu kienu qalulna li ‘Labour won’t work’ u intom urejtu u ivvutajtu Labour, biex illum għandna pajjiż li żied is-servizzi soċjai , issussidja d-dawl u l-ilma, fost diversi affarijiet oħra”

Dan kien parti mid-diskors tal-Ministru għall-Ekonomija Silvio Schembri li għamel fl-okkażjoni tat-tnedija tal-kampanja ta’ Alex Agius Saliba fi Pjazza Tritoni. Il-Ministru Schembri qal li Alex huwa tifel li għadda minn kull stadju u li skontu huwa wieħed mill-aqwa membri tal-MEP

B’referenza għall-PN, il-Ministru qal; “Qed ngħid hekk għax il-PN irid li intom titilfu l-fiduċja u ma rriduxdan il-messaġġ tal-PN jimxi. L-unika triq li fadallu l-PN huwa li jgħidilna biex ma noħorġux nivvutaw”.

Temm jgħid li dan il-apjjiż ma jridx il-politika tal-gwerer u tal-armi, iżda politika tal-imħabba u tal-aspirazzjonijiet.

Sport