Saturday, December 21, 2024

Bħal-lum 50 sena saret l-ewwel titjira tal-Air Malta

Aqra wkoll

Bħal-lum 50 sena ilu, jiġifieri fl-1 ta’ April tal-1974, l-Air Malta kienet għamlet l-ewwel vjaġġ tagħha.

Dakinhar l-ewwel ajruplani tal-Air Malta kienu taru lejn Londra, Birmingham, Manchester, Ruma, Frankfurt, Pariġi u Tripli.

L-Air Malta kienet twaqqfet b’riżoluzzjoni mill-Kamra tar-Rappreżentanti fil-21 ta’ Marzu tal-1973 u kienet reġistrata bħala kumpanija fit-30 ta’ Marzu 1973.

Intant bejn il-Ġimgħa u s-Sibt filgħodu, għall-ħabta tas-1:00 a.m, intemm il-vjaġġ tal-Air Malta, il-linja tal-ajru li kienet ilha topera għal iktar minn ħamsin sena ġewwa l-ajruport ta’ pajjiżna.

Intant ic-Chairman tal-Air Malta, il-Professur Philip Von Brockdorff irringrazzja lill-ħaddiema kollu li kienu ilhom snin jikkontribwixxu s-servizzi. Fost l-oħrajn, Brockdorff irrefera għall-membri tal-ekwipaġġ, għall-pilota, għall-ħaddiema tac-check in, għall-ħaddiema tekniċi u dawk li jaħdmu fl-operazzjonijiet.

Huwa rringrazzja wkoll dawk il-ħaddiema fil-Head Office u oħrajn, li mingħajrhom il-linja tal-ajru ma kinitx tkun possibli. 

Ekonomija

Sport