Wednesday, July 24, 2024

Rachel Cuschieri tilħaq it-tragward tal-200 logħba fil-karriera tagħha

Aqra wkoll

L-internazzjonali Maltija Rachel Cuschieri laħqet tragward importanti fil-karriera tagħha wara li lagħbet il-200 logħba tagħha. 

Cuschieri bħalissa tinsab fuq il-kotba ta’ Sampdoria u kienet fil-formazzjoni inizjali tagħhom hekk kif ffaċċjaw lil Napoli fil-partita tas-Serie A Femminile fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet. 

L-eks captain ta’ Birkirkara kienet qed tagħmel il-200 dehra tagħha fil-kompetizzjonijiet kollha, domestikament u tournaments tal-UEFA, f’din il-logħba tal-ogħla livell Taljan. 

Tul il-karriera impressjonanti tagħha, Cuschieri lagħbet ma’ timijiet bħal Apollon Limassol, Anderlecht, PSV u Lazio qabel ingħaqdet ma’ Sampdoria. 

Hija parti mill-iskwadra tan-nisa ta’ Malta li se tiffaċċja l-Irlanda ta’ Fuq u l-Portugall fil-kwalifiki Ewropej li ġejjin.

Ekonomija

Sport