Monday, May 13, 2024

Il-Malta Ranger Unit f’laqgħa mal-ERA sabiex jitressqu proposti li jippermettu attivitajiet fil-beraħ

Aqra wkoll

Aktar kmieni llum matul il-ġurnata, uħud mill-uffiċjali tal-Malta Ranger Unit kellhom laqgħa mal-ERA sabiex jitressqu proposti li ikomplu jippermettu attivitajiet fil-beraħ bħal fatt li wieħed jikkampja.

Fl-istess laqgħa, iddiskutew dwar l-importanza li jżidu l-għarfien ġenerali dwar in-natura billi jissimplifikaw il-leġiżlazzjonijiet u jiggwidaw lill-pubbliku ġenerali.

Huma rringrazzjaw l-ERA talli semgħet dak li kellhom xi jgħidu u talli wegħdu li se jagħtu l-kontribut tagħhom. Il-messaġġ intemm billi stqarru li għandha ssir laqgħa oħra sabiex jkomplu jiddskutu flimkien dwar l-ambjent.

Sport