Kien 50 sena ilu, propju fit-12 ta’ Settembru 1973, meta twieled l-attur Amerikan Paul William Walker IV.
Walker, attur Amerikan minn Kalifornja, beda l-karriera tiegħu bħala preżentatur f’diversi programmi televiżivi, fosthom f”The Young and the Restless’ u ‘Touched by an Angel’. Huwa kiseb fama bl-irwoli prominenti li ngħata fil-films.
Fl-2001, Walker kiseb fama internazzjonali għall-interpretazzjoni tiegħu ta’ Brian O’Conner fil-film ta’ azzjoni tat-tlielaq fit-toroq ‘The Fast and the Furious’. Hu ħa sehem ukoll f’films bħal ‘Eight Below’, ‘Timeline’, ‘Into the Blue’, ‘Joy Ride’ u ‘Running Scared’.
Walker tilef ħajtu fl-età ta’ 40 sena fit-30 ta’ Novembru tal-2013 wara li kien involut f’inċident tat-traffiku. Huwa kien f’dawk l-inħawi minħabba li kien se jattendi attività karitattiva.